Il-Kampjonat Kia Premier tal-Malta Veterans Football Association (VMFA) kellu tmiem eċitanti bi tlett timijiet jaslu għall-aħħar programm biċ-ċans li jirbħu l-kampjonat.
Il-leaders tal-klassifika b’29 punt, Hamrun Spartans Veterans 29 punt, riedu rebħa fuq Birkirkara Saint Helen Veterans biex jaċċertaw mit-titlu, filwaqt li Birkirkara riedu rebħa, b’tama li l-Malta Football Players Association (MFPA) ma’ jirbħux kontra Rabat Serkin Veterans.
L-MFPA riedu rebħa bil-fors u telfa għal Ħamrun biex jirbħu l-kampjonat, kif fil-fatt ġara.
Fil-ground tal-iskola tas-Saint Dorothy f’Ħaż-Żebbuġ, Ħamrun sofrew telfa ta’ 6-3 kontra Birkirkara biex hekk dawn tal-aħħar qabżu fit-tieni post. Għall-Karkariżi skorja hat-trick Glen Barry bil-goals l-oħra jaslu minn Trevor Cilia, Alan Galea u Lawrence Vella. Għall-Ispartans wieġbu Dino Cachia u Stefan Sultana li skorja tlieta.
F’logħba li ntlagħbet fl-istess ħin fil-ground ta’ Ħ’Attard, MFPA kisbu rebħa ta’ 8-4 fuq Rabat Serkin biex hekk ġew inkurunati champions b’31 punt, punt fuq Birkirkara u tnejn fuq Ħamrun.
Il-goals ta’ MFPA waslu minn Florin Danut Paun (2), Alexander Ribic (2), Carlo Mamo u Roderick Bajada, filwaqt li għal Rabat skurjaw Franco Degabriele, Christian Muscat u Clint Micallef (2).
Wara din il-logħba, il-President tal-VMFA Malcolm Camilleri ippreżenta t-tazza ta’ champions lill-captian ta’ MFPA Carlo Mamo (ritratt).
Glenn Barry ta’ Birkirkara Saint Helen spiċċa top-scorer tal-kampjonat b’21 goal, segwit minn Simon Shead ta’ MFPA bi 18 u Luke Satariano ta’ Luxol St Andrews b’14.
Fi tmiem dan il-kampjonat diffiċli minħabba ċ-ċirkostanzi tal-pandemija, il-VMFA tawgura lill-MFPA għar-rebħ tal-kampjonat, tirringrazzja lit-timijiet l-oħra kollha li aċċertaw kampjonat kompetittiv ta’ livell għoli, u trodd ħajr lill-isponsors kollha, lill-membri tal-media u lill-Malta Football Association għall-appoġġ kontinwu tagħhom.
//= $special ?>