Id-disa’ darbiet champion tal-MOTO GP Valentino Rossi ħabbar li fi tmiem l-istaġun se jkun qed jirtira. Waqt li kien qed jitkellem f’konferenza tal-aħbarijiet qabel il-Grand Prix ta’ tmeim il-ġimgħa, Rossi qal li għalih dan huwa mument ta’ dieqa.
Is-sewwieq Taljan ta’ 42 sena ilu fil-MOTO GP għal dawn l-aħħar 25 sena u huwa l-uniku sewwieq fl-istorja li rebaħ il-Kampjonati tad-Dinja fil-125cc, 250cc, 500cc u l-MOTO GP.
//= $special ?>