Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 48 każ ġdid – 120 ifiqu

Huma 48 il-każi ġodda ta’ Covid-19 irreġistrati fl-aħħar 24 siegħa sabiex b’hekk l-ammont ta’ każi totali minn Marzu 2020 issa żdied għal 34,716.

Dan filwaqt li l-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li żdiedu għal 36 il-pazjenti rikoverati fl-Isptar Mater Dei li jinsabu pożittivi għall-virus, fosthom 4 persuni li qed jingħataw il-kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Bl-età medja mit-78 każ imħabbar tul il-jum tal-Ħamis tiżdied għal 38 sena.

Fortunatament bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa ma ġiet irrapportata ebda fatalità kawża tal-Covid-19 bl-ammont jibqa’ dak ta’ 424.

B’rabta mal-aħħar vittma tal-virus f’Malta, mara ta’ 88 sena, il-Ministeru għas-Saħħa ma ħabbarx b’mod uffiċjali fejn kienet qed tirrisjedi, għajr li l-mara ma kienetx qed tieħu kura fl-Isptar Mater Dei. Sorsi qrib din il-Kamra tal-Aħbarijiet stqarrew li kienet residenta fir-Residenza San Vinċenz de Paule.

Intant, fl-aħħar 24 siegħa fiequ 120 persuna bil-każi attivi naqsu għal 1,206.