Lokali

“Dawn it-tfal għandhom bżonn l-għajnuna tagħna!”

“Dawn it-tfal għandom bżonn l-għajnuna tagħna!” Dan kien is-sentiment espress minn Riahanna u Briannah, li dan il-weekend se jkunu qiegħdin jżuru diversi lokalitajiet, inkluż Baystreet u Tigne point biex, jużaw it-talenti tagħhom tal-kant u ż-żfin ħalli jgħinu lil-Lenn and ‘Jacob Wellness Fund’.

Dan il-fond twaqqaf bil-mira li jgħin lil Lenn u lil Jacob, żewġ subien, li jbagħtu min kundizzjoni rari li tagħmillhom ħajjithom aktar diffiċli min ta’ tfal oħra – għalkemm din il-kundizzjoni ma’ waqfitx lil dawn is-subien milli jippruvaw jgħixu kemm jista jkun ħajja normali speċjalment fejn tidħol l-avventura u l-baħar.

Il-Lenn and Jacob Welness Fund qed jimmira biex jiġbor 20,000 sterlina għal dawn is-subien, biex jkunu jistaw jieħdu t-trattament neċessarju ħalli jkomplu jiżviluppaw, inkluż biex itejjbu l-koordinazzjoni u l-moviment tal-idejn, speċjalment fejn tidħol il-kitba.