Segwi l-konverżazzjoni sħiħa taħt.
Pastażata u arroganti. Hekk ġie deskritt id-diskors tal-Ministru tal-Edukazzjoni Justyne Caruana wara li Sefora Tabone, omm ta’ tifel li jsofri bil-kundizzjoni tal-awtiżmu ppublikat konverżazzjoni li kellha fuq Messenger mal-Ministru Caruana fejn talbitha tikjarifika għal liema raġuni twarbet post rigward l-inklużjoni fost it-tfal minn fuq il-paġna ta’ Facebook tal-istess Ministru.
Ir-reazzjoni ta’ Justyne Caruana kienet waħda ta’ persuna li ma tantx ħasbitha darbtejn milli taqa’ fuq id-difensiva. Dan hekk kif meta l-omm saħqet li l-ġenituri se jibqgħu jsemmgħu leħen uliedhom, Caruana saħqet li dejjem ħadmet għat-tfal b’diżabbilta mingħajr ma kellha hi stess każi simili fil-familja….b’dan id-diskors jiġi deskritt minn bosta bħala wieħed arroganti, hekk kif dak iż-żmien kien dmira li twettaq dan minħabba l-fatt li kienet responsabbli mis-settur.
Hawnhekk l-omm talbet għal laqgħa biex verament il-Ministru tkun taf x’inhu jiġri fl-iskejjel, b’appell li l-inklużjoni mhux qed tiġi infurzata…bit-tweġiba ta’ Caruana tkun jekk nesewx x’għamlu għalihom…daqslikieku kien hemm xi obbligu.
L-omm imweġġa’, li tmexxi l-paġna I am Diego, saħqet li diversi ġenituri jiftħu qalbhom magħha u jgħidulha kemm l-edukazzjoni f’Malta qed tfalli magħhom…u li uħud mit-tfal li jinsabu f’Kinder 2 lanqas qatt ma resqu lejn skola….bil-Ministru tweġiba bis-sarkażmu…iżda tammetti ma’ din l-omm li l-Gvern Laburista għadu lura f’dan il-qasam.
Intant il-Ministru wiegħdet lil din l-omm għal darba darbtejn, anke fis-sezzjoni tal-kummenti li se ssejjaħ laqgħa pubblika dwar dan is-suġġett, iżda evitat għal kollox milli jkollha laqgħa one to one ma’ din l-omm.
Ta’ min wieħed jinnota li l-Ministru urtat ruħha li kollox inxteħet fuq Facebook b’mod pubbliku, bl-omm tagħmilha ċara li m’għandha xejn x’taħbi mis-segwaċi tagħha.
//= $special ?>