Internazzjonali

Ġappun: Arrestat wara li attakka lin-nies b’sikkina

Il-pulizija fil-kapitali Tokjo arrestaw raġel li ftit ilu aggredixxa numru ta’ passiġġieri fuq ferrovija fil-belt ta’ Tokyo.

Ir-raġel kienu uża sikkina biex iferi talanqas erba’ min-nies fuq ferrovija tal-Odakyu Electric Railway — b’wieħed mill-midruba jġarrab il-feriti serji.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin fost rapporti li r-raġel ħalla s-sikkina u t-telefon ċellulari tiegħu f’wieħed miill-vaguni tal-ferrovija.

L-iskop wara l-attakk għadu mhux magħruf.