Internazzjonali

Ir-ribelli f’Tigray jieħdu l-kkontroll ta’ raħal li hu wirt storiku dinji

Ribelli fit-Tramuntana ta’ Tigray fl-Etjopja ħadu l-kontroll ta-raħal ta’ Lalibela, raħal li l-Unesco tqis bħala wirt storiku dinji.

Dan ir-raħal hu s-sit ta’ knejjes tas-seklu 13 minquxa mill-istess blat li jsawwruhom u huwa sit qaddis għal miljuni ta’ Ortodossi Kristjani.

Għadd ta’ residenti ħarbu mir-raħal hekk kif raw li r-ribelli kienu qed joqorbu lejn iz-zona.

Sa issa huma eluf il-mejta minn mindu faqqgħet il-gwerra f’Tigray f’Novembru li għadda u l-ġlied issa qed jinfirex f’Amhara u Afar, li wkoll imissu ma’ Tigray.

Miljuni ta’ persuni kellhom jabbandunaw darhom u jaħarbu miz-zona tal-kunflitt.

Tags