Internazzjonali

Koppla ta’ sħana taħti għal żieda qawwija fin-nirien fl-Ewropa

Dik li tissejjaħ heat dome… jew koppla ta’ sħana, qed tkun il-kaġun ta’ l-agħar nirien fin-nofsinhar tal-Ewropa għal dawn l-aħħar għaxar snin.

Din il-koppla mhi xejn għajr bużżieqa ta’ pressjoni għolja li taqbad ġo fiha arja sħuna fuq zona partikolari.

Esperti tal-klima qed iwissu li ż-żieda qawwija fin-nirien f’pajjiżi bħall-Greċja, l-Italja u t-Turkija taf tkun biss il-bidu u s-sitwazzjoni tista’ tkompli tiħżien fis-snin li ġejjin.

In-nirien f’din il-parti tal-Ewropa u l-Mediterran huma dovuti għal temperaturi tal-arja dejjem aktar għoljin u għall-bidla fil-klima.

Għalkemm dawn it-tip ta’ nirien huma komuni f’dawn il-pajjiżi fix-xhur tas-sajf, sa issa din is-sena diġa hija meqjusa li kienet ħażina ħafna f’dan ir-rigward.

Fi Franza u Spanja biss, qed jiġu rrappurtati mal-200 nar fil-ġimgħa… ċifra ferm ogħla mill-medja ta bejn 38 u 80 fil-ġimgħa irrappurtati tul it-12-il sena ta’ qabel.

Fl-aħħar ġranet anke l-gżira ġara tagħna, Sqallija rat nirien qawwija jerqirdu boskijiet sħaħ, biz-zona qrib Palermo tkun partikolarment milquta.