“Mhux il-flus imma n-nies jagħmlu l-films”. Hekk stqarr Alex Camilleri, id-direttur tal-film Luzzu, rigward dan il-proġett illi tnieda ufficjalment fl-ahhar jiem.
Il-film ta’ 95 minuta jiffoka fuq il-karattru Jesmark, li bhala sajjied jipprova jrabbi familja … bħal ma’ għamlu missieru u nannuh. Izda il-ħajja ma’ tantx titbissimlu …u Jesmark jipprova jegħleb diversi diffikultajiet tal-ħajja, inkluż in-nuqqas ta’ ħut fil-baħar u d-diffikulta biex jgħin lil familtu.
Il-film ‘Luzzu’ diga’ rebaħ diversi unuri, inkluż fis-Sundance film festival, fejn intqal li “dan huwa tip ta’ film li Roberto Rossellini kien jagħmel, kieku għadu ħaj”.
Net News kelllu l-opportunita li jitkellem ma’ Alex Camilleri min fuq Zoom rigward il-proġett riċenti tieħu u r-restrizzjonijiet li diversi kittieba Maltin jsibu biex jirrakuntaw l-istorja tagħhom permezz tac-Ċinema. Madankollu Alex Camilleri stqarr li dawn l-isfidi ma’ għandhomx jwaqqfu lil kittieba Maltin għaliex meta inti temmen fil-viżjoni tiegħek, xejn ma’ għandu jzommok mili tirnexxi.
//= $special ?>