Rapport: Stewart Said
NEPTUNES…………………………….….. 18
MARSASKALA FISH AND FISH…… 11
(5-2), (3-3), (4-2), (6-4)
Friski mir-rebħa fil-konfront dirett kontra San Ġiljan, Neptunes saħħew posthom f’ras il-klassifika. Qabel il-partita ftit kienu dawk li ħasbu li Neptunes setgħu jitilfu l-logħba iżda għalkemm ir-rebħa kienet meritata, Marsaskala kellhom il-mumenti tagħhom fil-logħba.
It-tim ta’ Arpad Babay qatt ma ċeda u baqa’ jilgħab sal-aħħar minuti. Ħafna aħjar mit-telfa ta’ 11-1 li sofrew aktar kmieni fl-istaġun. Tant hu hekk li rnexxielhom isibu x-xibka 11-il darba kontra Neptunes u b’hekk saru l-iktar tim li skorja kontrihom f’dan l-istaġun.
Sa tliet minuti mit-tmiem tal-ewwel sessjoni, Neptunes kellhom vantaġġ ta’ 3-2 wara gowl ta’ Gabriel Pace. Stevie Camilleri skorja doppjetta fi ftit ħin u kabbar il-vantaġġ għal tliet gowls. Neptunes dehru li setgħu jaħarbu bil-logħba b’vantaġġ ta’ 7-3 b’żewġ minuti u nofs għal tmiem it-tieni sessjoni. Iżda gowls minn Ayrton Camenzuli u Kyle Navarro fetħu l-logħba, b’Jake Muscat jagħmilhom 8-5 fl-aħħar attakk tas-sessjoni.
Bidu pożittiv minn Marsaskala għat-tielet sessjoni b’gowl ta’ Jake Ciantar. Gabriel Pace tkeċċa għal Neptunes minħabba rimarki li għadda. Il-vantaġġ baqa’ ta’ żewġ gowls sa kważi nofs is-sessjoni, sakemm doppjetti ta’ Jordan Camilleri u Jake Muscat għalqu l-logħba.
Fl-aħħar sessjoni, Neptunes komplew jamministraw iżda sabu l-ħin biex jiskorjaw permezz ta’ doppjetti minn Jake Muscat u Stevie Camilleri flimkien ma’ gowls ta’ Jordan Camilleri u ż-żagħżugħ Jake Cachia li skorja lejn it-tmiem. Għal Marsaskala spikka l-veteran Paul Privitera, awtur ta’ tliet gowls, tnejn minnhom minn penalties.
Neptunes: A. Borg Cole, J. Muscat (6), L. Calleja, G. Pace (1), M. Castillo, J. Spiteri Staines, S. Camilleri (4), J. Camilleri (3), J. Abela, M. Spiteri Staines (2), A. Fenech (1), S. Gialanze, A. Bugeja, M. Farrugia, J. Cachia (1)
Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar, A. Camenzuli (1), P. Privitera (3), G. Sammut (1), L. Grixti, K. Navarro (1), M. Manara, S. Micallef, L. Felice (2), J. Ciantar (1), M. Carani (2), A. Muscat, G. Galea, D. Camilleri
Referees: Alessandro Cavallini, Alex de Raffaele
L-EWWEL DIVIŻJONI
It-tieni rebħa
MARSAXLOKK BROWN’S…… 16
OTTERS NIVEA…………….…….. 8
(5-3), (4-1), (3-1), (4-3)
F’dik li tista’ titqies l-aħjar prestazzjoni f’dan l-istaġun, Marsaxlokk Brown’s Pharma kisbu t-tliet punti li bihom laħqu lil Ta’ Xbiex fit-tielet post tal-klassifika. Għal Otters mexxa t-tim David Zammit filwaqt li kellhom neqsin lil Claudio Spiteri Debarro u Charlie Zammit.
Otters kellhom bidu pożittiv hekk kif għal tliet darbiet wieġbu wara l-gowls tal-avversarji. Iżda wara li Sebastian Busuttil u Sebi Stellini taw vantaġġ doppju, Marsaxlokk baqgħu jikkonsolidaw il-vantaġġ. Ix-Xlukkajri żiedu l-vantaġġ għal 7-3 permezz ta’ Jadyn Portelli u Zach Micallef. Marc Lanzon naqqas id-distakk sakemm Luigi Mallia u Luke Saliba għenu lit-tim ta’ Joe Cremona jibda t-tielet sessjoni 9-4 minn fuq.
Otters ittantaw jippruvaw jidħlu fil-logħba b’gowl ta’ Luke Gialanze, iżda tliet gowls mill-aktar plejers ta’ esperjenza fit-tim Xlukkajr, jiġifieri Matthew Pace u Rainier Scerri aċċertaw ir-rebħa għat-tim tagħhom. L-aktar sessjoni kienet aktar ta’ formalità iżda serviet ukoll biex Timmy Agius irritorna jsib ix-xibka wara diversi logħbiet nieqes.
Marsaxlokk: B. Busuttil, S. Stellini (2), M. Pace (2), M. Martellacci, T. Agius (2), L. Saliba (1), J. Galea (1), K. Cauchi, Z. Micallef (1), R. Scerri (2), M. Cacici, J. Portelli (1), F. Buhagiar, L. Mallia (2), S. Busuttil (2)
Otters: M. Xerri, M. Lanzon (3), I. Azzopardi, L. Hyzler (1), E. Meli (1), L. Gialanze (1), K. Scicluna, G. Mizzi, D. Dimech, M. Farrugia, Z. Bartolo (1), O. Zammit (1), D. Spiteri
Referees: Richard Magri, Stefano Pinato
//= $special ?>