Ingliż ta’ 21 sena, residenti B’Kara jinsab jissielet għal ħajtu hekk kif kellu jittieħed l-isptar Mater Dei b’urġenza wara li qala’ daqqiet ta’ arma bil-ponta.
Jidher li r-raġel kien involut f’argument ma’ raġel ieħor li tah daqqiet ta’ xi ħaġa li taqta’ u bil-ponta.
Il-Pulizija issa għaddejja bi tfittxija għall-aggressur li ħarab mill-post tal-ġlieda. L-argument seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-5.20am f’Tigné qrib il-pont.
Wara rapporti, fil-post waslu Pulizija tar-Rapid Intervention Unit kif ukoll tim mediku li ħadu lill-midrub l-isptar permezz ta’ ambulanza.
Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ. Madankollu jidher li dan il-każ m’għandux rabta ma’ inċident simili li seħħ il-ġimgħa li għaddiet ukol f’Tas-Sliema.
//= $special ?>