Lokali

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ f’inċident f’St Andrew’s

Sewwieq ta’ mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li dalgħodu kien involut f’inċident tat-traffiku f’St Andrew’s.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-8.45am meta l-mutur kien qed jinstaq fi Triq St Andrew’s u, għal xi raġuni, kien involut fl-inċident ma’ karozza.

Fil-post marru l-Pulizija u tim mediku, li ta l-ewwel għajnuna qabel ma s-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei bl-Ambulanza.

Il-kundizzjoni tiegħu s’issa għadha mhix magħrufa.