Nature Trust Malta se tkun qed torganizza tours iggwidati ta’ snorkelling tul il-kosta ta’ Malta. Bl-ERA tgħid illi dan joffri potenzjal li jtejjeb il-parteċipazzjoni pubblika fil-konservazzjoni tal-bijodiversita` tal-baħar.
In-Nature Trust tours tal-isnorkelling se jipprovdu l-opportunita` lill-pubbliku biex jikseb għarfien aħjar tad-diversita` tal-ħabitats u l-ispeċi fl-ambjent tal-baħar u b’hekk iqajjem kuxjenza dwar il-ħtieġa għall-konservazzjoni tal-baħar.
Miżuri ta’ konservazzjoni ġew ppublikati reċentament “Conservation Objectives & Measures for Malta’s Marine Natura 2000 sites” liema dokument bħalissa għaddej minn proċess ta’ konsultazzjoni pubblika. F’dan il-kuntest waħda mill-miżuri ta’ konservazzjoni f’żoni protetti tal-baħar kostali tfittex li tevalwa l-effetivita` ta’ traċċi tas-snorkelling attwali permezz ta’ kwestjonarji ta’ stħarriġ.
Biex jiġi mmarkat it-tnedija ta’ dawn is-‘snorkel trails’, fekruna maskili msejħa Paul, ġiet rilaxxata. Il-fekruna ġiet salvata f’ Mejju 2021 ħdejn Filfla u nstabet li kienet belgħet ganċ. Wara operazzjoni u rijabilitazzjoni għamel irkupru sħiħ li kien b’saħħtu biżżejjed biex jinħeles lura fil-baħar.
F’Malta hemm 18 il-zona protetta tal-baħar li jkopru 35% taż-żona tal-immaniġġjar tas-sajd, dan seħħ matul perjodu ta’ għaxar snin bejn l-2008 u l-2018, skont l-obbligi legali tad-direttiva dwar l-abitati tal-UE u d-direttiva dwar l-għasafar.
Il-konsultazzjoni pubblika ser tkun miftuħa sal-5 ta’ Settembru.
//= $special ?>