Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 71 każ ġdid pożittiv

Il-pazjenti rikoverati fl-ITU jitilgħu għal 5

71 każ ġdid pożittiv

147 persuna mfejqa

1,058 każ attiv

33 pazjent rikoverat l-Isptar Mater Dei –  5 minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Din hija s-sistwazzjoni preżenti tal-COVID-19 f’pajjiżna hekk kif issa dħalna fil-75 ġimgħa mill-bidu ta’ din il-pandemija.

Fis-74 ġimgħa ta’ din il-pandemija rajna tnaqqis sostanzjali fl-ammont ta’ każi pożittivi hekk kif kienu reġistrati total ta’ 515-il każ. Meta wieħed iqabbel din il-ġimgħa mal-ġimgħa ta’ qabel, kien hemm tnaqqis ta’ kważi 300 każ.

Waqt li l-isforzi tat-tobba u l-infermiera, anke matul is-Sajf, jibqghu ma jaqtghu xejn… it-tilqim jidher li qed ikompli għaddej b’ritmu tajjeb hekk kif qed ikun hemm rispons pożittiv għall-walk in clinics li ta’ kull ġimgħa qed iduru fl-irhula sabiex ikunu eqreb lejn il-komunità.  

Intant wara dak li tħabbar l-Ħamis li għadda mill-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne, kien hemm diveri sidien ta’ nightclubs li urew id-diżappunt tagħhom li qed jispiċċaw vittmi ta’ diskriminazzjoni, hekk kif din l-industrija kienet l-unika waħda li ma bbenefikatx mit-tnaqqis tar-restrizzjonijiet li kienu mħabbra.