Lokali

“Diversi sfidi għal lokalitajiet tagħna”

L-ambjent, l-izvilupp eccessiv, l-iskart – dawn huma biss uhud mill-problemi li semma’ l-President ta’ Malta George Vella meta l-Gimgha indirizza l-Laqgha Annwali tal-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, fejn ghamel referenza ghall-isfidi li qed jiffacjaw ir-residenti f’diversi lokalitajiet.

Il-President Vella għamel referenza għas-sensiela ta’ laqghat li kellu fil-ġimgħat li għaddew mas-sindki u r-rappreżentanti reġjonali minn madwar Malta u Għawdex. U semma’ kif minkejja l-karatteristiċi partikolari ta’ kull lokalità, l-isfidi li semmew kienu simili ħafna.

Fosthom hemm il-ħarsien tal-ambjent naturali, l-iżvilupp eċċessiv, l-integrazzjoni ta’ komunitajiet ta’ barranin fostna, il-ġbir tal-iskart, il-koordinazzjoni ma’ entitaijiet governattivi, u fuq kollox… ir-rwol u s-saħħa tal-kunsill lokali.

Il-President tul l-ahhar xhur sema’ b’interess numru ta’ proposti interessanti u li jixirqilhom kull attenzjoni…. fost l-oħrajn il-ħtieġa għal-riformi li jżidu l-awtonomija tal-kunsilli – kemm dik finanzjarja u fejn jidħlu permessi, it-tisħiħ tar-riżorsi umani, kif ukoll ix-xewqa mwassla minn bosta li s-sindki jibdew joperaw f’din il-funzjoni fuq bażi full-time. Irrimarka li, għalkemm m’għandu l-ebda setgħa li jimplimenta dawn it-tip ta’ xewqat, se jwassal dawn il-ħsibijiet lill-awtoritajiet konċernati.

Prezenti ghal din il-laqgha annwali kien hemm ukoll il-kelliem tal-PN ghall-Kunsilli Lokali Karl Gouder.