“Ħadd ma jrid Ministru tal-Ġustizzja li jitħabbeb ma’ allegat kriminal. Allura għaliex Robert Abela għadu jinsisti li jżomm lil Edward Zammit Lewis? Dan kollu huwa parti mill-patt imxajtan? Dan kollu huwa mod kif Robert Abela jżomm lil Joseph Muscat kuntent?”
Dan huwa d-domandi li ressaq il-Kap tal-PN Bernard Grech wara li dalgħodu ġie ppubblikat editorjal iebes mit-Times of Malta li juri biċ-ċar kif l-uniku triq li fadallu Edward Zammit Lewis hi li jwarrab.
Bernard Grech qal li Robert Abela jrid jieqaf jaħrab mill-mozzjoni ta’ sfiduċja li ressaq il-Partit Nazzjonalista, u jgħidilna għaliex qed jinsisti li jiddefendi lill-indifendibbli.
Dan huwa l-mod kif Robert Abela beħsiebu jkun kontinwità ma’ ta’ qablu?, saqsa l-Kap tal-PN.
//= $special ?>