Enerġija Lokali

Jerġa’ jinqata’ d-dawl f’Wied il-Għajn

Matul il-lejl li għadda diversi zoni ta’ Marsaskala reġgħu spiċċaw bla dawl.

Din is-sitwazzjoni ilha tkarkar għal kważi ġimgħa, u qed toħloq inkonvenjent kbir għar-residenti.

Ilbieraħ f’konferenza tal-aħbarijiet, l-Enemalta ikkonfermat il-falliment tal-Gvern fis-settur tal-enerġija. Bil-Kap Eżekuttiv jgħid li l-ħsarat u l-interruzzjonijiet fil-provvista tal-elettriku se jkomplu.

Apparti minn hekk, il-Gvern mhu joffri ebda soluzzjoni lin-nies u ebda kumpens lill-familji milquta.