Raġel mill-Bangladesh inżamm taħt arrest wara li pprova jaħrab mill-ajruport internazzjonali ta’ Malta permezz ta’ dokument falz.
Ibrahim Serder ta’ 36 sena kien akkużat ukoll li biegħ u kellu fil-pussess tiegħu dokumenti foloz
Ir-raġel kien akkuzat ukoll b’ħasil ta’ flus wara li fuqu insabu aktar minn €10,000 li ġabar wara li biegħ id-dokumenti foloz.
Il-prosekuzzjoni ta’ dan il-każ kienet assistita mill-Avukati Cinzia Azzoppardi Alamango u Maria Schembri mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.
Apparti r-raġel, il-Ġimgħa tressqu wkoll 11-il persuna oħra b’rabta ma’ dokumenti foloz li weħlu sentenza ta’ sitt xhur ħabs effettivi.
//= $special ?>