Lokali

Mara fil-periklu tal-mewt wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku

Mara ta’ 40 sena mill-Estonja tinsab fil-periklu tal-mewt wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ ilbierah għall-ħabta ta’ 16.45 u f’Telgħet ix-Xemxija, San Pawl il-Baħar.

Immdejarmanet fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li vettura Mazda Demio misjuqa minn mara Ukrena ta’ 32 sena, residenti il-Marsa ħabtet ma’ tliet karozzi pparkjati tal-għamla BMW 320I, Renault Megane u Mitsubishi L200.

Filwaqt li x-xufiera ma soffrietx ġrieħi, mara ta’ 40 sena mill-Estonja, residenti n-Naxxar, li kienet passiġġiera fl-istess karozza kellha tingħata l-għajnuna minn tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Hija ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji u li tinsab fil-periklu tal-mewt.

Il-Maġistrat tal-Għassa Nadine Lia ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.