Omm minn Wied il-Għajn li qed tagħmel il-kimoterapija ħallset lejn f’lukanda wara qtugħ fit-tul tad-dawl li ħalliet lilha u lill-familja tagħha jbatu fis-sħana u fid-dlam għal aktar minn 17-il siegħa.
Dan kien żvelat mit-Times hekk kif bint il-mara, li talbet biex ma tissemmiex, qalet li l-familja kienet sfurzata tfittex kamra ta’ lukanda għal-lejl sabiex tippreserva s-saħħa u l-kumdità ta’ ommha.
Il-mara qalet li l-qtugħ fil-provvista tal-elettriku seħħ ftit qabel nofsillejl nhar l-Erbgħa li għadda u marret lura biss id-dar għal perjodu qasir waranofsinhar sakemm reġgħet marret fil-lukanda.
L-istess persuna qalet li l-qtugħ tad-dawl kien ta’ piż kbir, mhux biss għax għaddejja mit-terapija tal-kanċer, imma wkoll minħabba li anki kellhom jarmu ammont kbir ta’ ikel.
//= $special ?>