Peres Jepchirchir rebħet il-midalja tad-deheb fil-maratona tan-nisa, filwaqt li Brigid Kosgei li qed żżomm ir-rekord dinji temmet fit-tieni post. Molly Seidel tal-Istati Uniti kisbet il-bronż.
Jepchirchir temmet f’ħin ta’ 2:27.20. Fi tmiem it-tellieqa Jepchirchir qalet li kienet kuntenta hekk kif kemm hi u kemm l-atleta l-oħra mill-Kenja, Brigid Kosgei temmew fl-ewwel u fit-tieni post minkejja s-sħana u l-umidità li l-atleti qed jaffaċjaw f’Tokjo.
//= $special ?>