Sport Sport Ieħor

Olimpjadi – Futbol: Il-Brażil jirbħu d-deheb f’finali missielta kontra Spanja

(Ritratt: EPA)

Fil-finali għall-midalja tad-deheb, kienu l-Brażil li ħarġu rebbieħa 2-1 wara l-ħin barrani kontra Spanja. Il-Brażil fetaħ l-iskor ftit minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima meta minn cross ta’ Claudinho, kien Alves niżżel lejn Cunha li kkonkluda fil-baxx għal wara Simon.

Fit-tieni taqsima, Spanja ħarġu jfittxu l-gowl tad-draw u għamlu dan fil-61 minuta meta minn cross ta’ Soler, kien Oyarazabal li b’konklużjoni b’saħħitha għamel l-iskor 1-1. Bil-partita tibqa’ fi draw sad-90 minuta, fil-ħin barrani, fil-108 minuta, kien is-sostitut Malcolm li minn pass tajjeb ta’ Antony kkonkluda għal wara Simon għal 2-1, biex b’hekk il-Brażil saru l-ħames tim li rnexxielu jiddefendi l-midalja tad-deheb fl-Olimpjaid.