Lokali Qorti

Raġel arrestat b’rabta ma’ traffikar ta’ persuni u ħasil ta’ flus

Uffiċjali fl-Ajruport Internazzjoni ta’ Malta, waqt kontrolli ta’ passaporti għal titjiriet lejn lItalja, waqqfu 11-il persuna mill-Bangladesh b’suspett li kienu qed jużaw dokumenti foloz.

Wieħed mill-irġiel, raġel ta’ 36 sena instab fil-pussess ta’ ammont konsiderevoli ta’ flus kontanti fost affarijiet oħra li jindikaw li kien hu li kien organizza d-dħul, jew il-ħruġ minn Malta b’mod illegali tal-persuni l-oħra.qed jgħin lill-persuni l-oħra jidħlu, jew joħorġu minn Malta b’mod illegali.

Pulizija tal-Immigrazzjoni u dawk ta’ Kontra l-Ħasil tal-flus komplew bl-investigazzjonijiet u rraġel mistenni jitressaq b’arrest il-Qorti għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ waranofsinhar quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Victor Axiaq. Hu ser ikun akkużat bi traffikar ta’ persuni, ħasil ta’ flus u ksur tar-regolamenti dwar il-kontroll tal-flus, fost oħrajn.

Il-Prosekuzzjoni se titmexxa mill-Ispetturi Christian Abela u James Turner. Huma ser ikunu assistiti mill-Avukati Cinzia Azzopardi Alamango u Maria Schembri mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.