Sport Waterpolo

San Ġiljan joħorġu rebbieħa minkejja l-isforz ta’ Sliema

Rapport: Stewart Said

SAN ĠILJAN MERCURY………….. 14

SLIEMA FRANK SALT……………… 11

(2-1), (5-5), (5-4), (2-1)

San Ġiljan Mercury Towers wieġbu wara t-telfa kontra Neptunes fost il-ġimgħa u qatgħu lil Sliema barra mit-taqtigħa għar-rebħ tal-kampjonat. L-attenzjoni kienet fuq l-impatt li se jħalli l-kowċ il-ġdid ta’ Sliema Beto Fernandez f’konfront dirett.

Għalkemm finalment jgħodd ir-riżultat, Sliema kienu organizzati u offrew sfida denja. Iżda qatt ma kienu fil-vantaġġ, simili bħall-aħħar konfront kontra l-Ġiljaniżi. Kelma fuq Fernandez. Kowċ li deher li diġà għandu l-iskwadra f’idejh, żamm il-kalma u mexxa lit-tim b’intelliġenza u b’sostituzzjonijiet frekwenti. Rekord pożittiv mill-man-ups, b’sitt gowls skorjati minn għaxra. Fuq in-naħa l-oħra, San Ġiljan skorjaw ħames gowls minn disa’ okkażjonijiet ta’ superjorità numerika.

Ben Plumpton ta vantaġġ doppju lil San Ġiljan, b’Nicholas Bugelli jnaqqas id-distakk lejn tmiem is-sessjoni. Fit-tieni sessjoni, San Ġiljan kisbu vantaġġ doppju f’ħames okkażjonijiet iżda s-Slimiżi wieġbu f’kull okkażjoni, bi tliet gowls minnhom jaslu mit-tliet okkażjonijiet ta’ man-up li kellhom.

Sa minuta u nofs mill-ftuħ tat-tielet sessjoni, San Ġiljan kellhom vantaġġ ta’ 9-7 iżda r-reazzjoni Slimiża wasslet biex ġabu d-draw b’gowls tal-captain Mark Meli u John Brownrigg. Mument importanti seħħ madwar tliet minuti mis-sessjoni. Sliema ngħataw fawl kontrihom f’madwar nofs il-pitch u minn dak l-attakk, Matthew Zammit poġġa lil San Ġiljan minn fuq.

Ftit sekondi wara, San Ġiljan kellhom man-up wara li tkeċċa parzjalment John Brownrigg. Ir-referee Alessandro Cavallini ġġudika li Brownrigg kien dieħel b’mod kajman fil-gaġġa u ddeċieda li jordna penalty, bil-konsegwenza li kien it-tielet fawl personali. Andreas Galea skorja mill-penalty u għamilhom 12-9 ftit wara.

Bugelli naqqas id-distakk iżda fl-aħħar sessjoni, Dino Zammit reġa’ kabbar id-distakk għal 13-10. Galea skorja l-ħames gowl personali għal 14-10 u lejn it-tmiem, Bugelli naqqas id-distakk minn man-up li iżda ma kienx biżżejjed.

San Ġiljan: R. Coleiro, D. Zahra, A. Galea (5), D. Fero, R. Caruana, M. Zammit (2), B. Plumpton (2), J. Bonavia (1), D. Ciantar, Da. Zammit, K. Galea, Di. Zammit (4), G. Vassallo, M. Ortoleva, D. Tully

Sliema: N. Grixti, J. Gabarretta (1), L. Galea, M. Meli (1), B. Cachia, N. Schiavone, M. Mifsud, J. Brownrigg (1), J. Gambin (3), Z. Mizzi (2), N. Bugelli (3), Z. Sciberras

Referees: Massimo Angileri, Alessandro Cavallini

Valletta jitilgħu fir-raba’ post

BIRŻEBBUĠA FREEPORT……… 9

VALLETTA IZIBET………………… 17

(1-4), (4-3), (2-7), (2-3)

Rebħa importantissima għal Valletta Izibet f’dik li hi deskritta bħala l-aqwa prestazzjoni tal-istaġun. Il-Beltin pattew għat-telfa li sofrew kontra l-istess Birżebbuġa Freeport fl-ewwel rawnd u jinsabu qabilhom fil-klassifika minħabba konfront dirett superjuri.

Miguel Zammit u Peter Borg taw vantaġġ doppju lil Valletta. David Cutajar naqqas id-distakk iżda Niki Lanzon skorja darbtejn minn pożizzjoni simili għal 4-1. Il-vantaġġ ta’ Valletta kiber għal 6-2 fit-tieni sessjoni iżda Birżebbuġa kienu konċentrati biżżejjed u daħlu fil-logħba b’gowl ta’ Gabriel Sammut u doppjetta ta’ Julia Farrugia.

Andrea Agius reġa’ rdoppja l-vantaġġ u fit-tielet sessjoni Valletta splodew. Huma rnexxielhom jiftħu vantaġġ ta’ 11-5, distakk li kien wisq għal Birżebbuġa biex jirkupraw. Għalkemm aċċertaw mir-rebħa, Valletta baqgħu jikkontrollaw il-logħba u anki jiskorjaw b’azzjonijiet maħduma tajba, bit-tim ta’ Birżebbuġa jipprova biss jillimita d-danni.

Birżebbuġa: M. Rossi, J. Farrugia (2), N. Cassar, D. Pace Lupi, D. Incorvaja, P. Serracino, S. Vassallo, D. Cutajar (3), M. Bonnici (1), M. Borg (1), R. Spiteri, S. Fava (1), L. Abela, B. Grech, G. Sammut (1)

Valletta: A. Borg Cole, P. Borg (2), E. Aquilina (2), M. Stellini, A. Agius (2), R. Mock (1), D. Paolella, M. Zammit (2), N. Farrugia (1), N. Zammit (2), M. Mannino, N. Lanzon (4), B. Muscat Dougal, K. Tanti (1)

Referees: Stefan Licari, Stefano Pinato

It-tieni rebħa staġjonali fuq Ta’ Xbiex

EXILES……………….…………… 12

TA’ XBIEX AMIGOS…………… 6

(4-2), (3-0), (4-2), (1-2)

Exiles telgħu f’ras il-klassifika tal-Ewwel Diviżjoni bi prestazzjoni pożittiva. Ir-rebħa kienet ferm aħjar mir-rebħa ta’ 11-7 li kisbu kontra Ta’ Xbiex Amigos fl-ewwel rawnd, hekk kif kellhom il-kontroll tal-logħba għal ħafna mill-ħin.

Exiles kellhom ċans fl-ewwel sessjoni li jiġu 4-1, iżda minflok Kieyan Borg naqqas id-distakk. Madankollu l-gowl ta’ Nicky Paris qabel tmiem is-sessjoni kien importanti. Doppjetta ta’ Mark Fenech u gowl ta’ Nicky Paris kabbru l-vantaġġ għal 7-2.

Minn hemm, Exiles ikkontrollaw b’erba’ gowls oħra fit-tielet sessjoni filwaqt li Ta’ Xbiex skorjaw bejniethom b’mod konsekuttiv permezz ta’ Jayden Cutajar u Daniel Rizzo. Fl-aħħar sessjoni, Ta’ Xbiex irnexxielhom jirbħu s-sessjoni.

Exiles: M. Castillo, N. Saliba, S. Apap, T. Sullivan (3), S. Xerri de Caro (1), M. Fenech (3), K. Griscti (1), N. Paris (3), J. Bajada (1), M. Aquilina, D. Fenech, G. Borg, M. Attard Bondi, E. Micallef

Ta’ Xbiex: M. Vassallo, R. Greco, Z. Cutajar Licari, J. Pace Mizzi, J. Cassar, M. Demarco, J. Saliba (1), J. Cutajar (1), K. Borg (1), S. Azzopardi, E. Schembri, D. Rizzo (3), A. Theuma, S. Engerer

Referees: Peter Balzan, Alessandro Cavallini