Lokali

Attentat ta’ suwiċidju ieħor fil-ħabs

Illum wara nofsinhar, priġunier ta’ 30 sena pprova jneħħi ħajtu b’idejh fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Jidher li ż-żagħżugħ iddaħħal b’urġenza l-isptar Mater Dei u jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.

Dan hu t-tieni attentat ta’ suiċidju f’Kordin li ħareġ fil-media fl-aħħar ġimgħat. F’Ġunju, omm żagħzugħa pprovat tagħmel suiċidju l-ħabs u kellha tiġi rikoverata l-isptar Mater Dei. Hi mietet ftit tal-ġranet wara kawża tal-attentat li għamlet.

It-tmexxija tal-ħabs tinsab taħt pressjoni minħabba n-numru ta’ mwiet li qed ikun hemm f’din il-faċilità. Madankollu mistoqsi dwar dawn l-imwiet id-Direttur tal-Ħabs ftit tal-ġranet ilu ma’ Net News qal li dwar kull mewta hemm inkjesta għaddejja jew li ġiet konkluza. Il-Ministru Byron Camilleri, li huwa responsabbli mill-ħabs lanqas ma kien imħasseb dwar dawn l-imwiet għax qal li ħafna minnhom huma mwiet naturali.