Lokali

Anki Ian Borg jibqa’ jiddefendi lil Edward Zammit Lewis

“Wieħed irid jara l-kuntest… għax jien il-messaġġi ma rajthomx”

Din kienet it-tweġiba tal-Ministru Ian Borg meta Net News staqsieh jekk jaħsibx jekk Edward Zammit Lewis għamel xi ħaġa ħażina li bagħat ċertu messaġġi lil Yorgen Fenech meta kien diġà magħruf li hu s-sid ta’ 17 Black. Messaġġ li kienu jinkludu stqarrijiet bħal “I Miss You”, u li dak li vvutawlu kienu “ġaħan”.

Saqsejnih ukoll jekk qattx bagħat xi messaġġ lil Yorgen Fenech….

“Jien lil Yorgen Fenech ma kontx nafu, u lanqas naf in-numru tiegħu u qatt ma bagħtlu”

Wara li ħareġ għonqu għal Zammit Lewis, Ian Borg qal li l-Prim Ministru Robert Abela ma jiddejjaqx jieħu d-deċizzjonijiet… meta sa issa l-unika deċizzjoni li ħa Abela dwar Zammit Lewis, kienet li ma jiddeċidix.

“Il-PM ma jiddejjaqx jieħu d-deċizzjonijiet”

…dan meta kulħadd jaf li Abela żamm lill-Ministru Edward Zammit Lewis fil-Kabinett tiegħu, u ma ħa ebda azzjoni.

Meta saqsejna lil Ian Borg jekk jaqbilx mal-istqarrija ta’ sieħbu fil-kabinett li Robert Abela għandu fiduċja fih… huwa weġibna b’dan il-mod.

“X’qal il-Ministru Zammit Lewis naħseb ikun qed jifferifikah mal-PM Robert Abela u allura dik hija xi ħaġa li ma nistax inwieġeb jien jekk jien ma kontx parti minn dik id-diskussjoni”

Jum wara l-ieħor, aktar rapporti qed jikkonfermaw kif fl-2019….dak li issa huwa Ministru tal-Ġustizzja u l-Governanza fil-kabinett ta’ Robert Abela kien bagħat sensiela ta’ messaġġi insistenti lil Fenech, fosthom jgħidlu li huwa dejjem jinsab f’qalbu. B’Abela, fil-messaġġ solitu tiegħu tal-Ħadd, għażel li jinjora għal kollox din it-tema tant importanti.