Sport Sport Ieħor

F’Pariġi, stennija għal Lionel Messi

Għadd ta’ partitarji ta’ PSG inġabru barra l-ajruport ta’ Charles De Gaulle hekk kif fis-sigħat li ġejjin mistenni jasal fi Franza Lionel Messi fejn mistenni jiffrima kuntratt ta’ sentejn mal-klabb minn Pariġi.

https://www.marca.com/en/football/ligue-1/2021/08/09/6110fd41ca474162728b4626.html

Jidher li fil-jiem li għaddew, PSG ibbukjaw it-Torri Effiel u jidher li Messi jista’ jkun preżentat b’mod uffiċjali għada. L-aħħar darba li għamlu dan, kien meta PSG akkwistaw lill-attakkant Brażiljan Neymar.