Futbol Sport

Ftit jiem bogħod mill-bidu tal-Kampjonat BOV Premier

(Ritratt: Domenic Aquilina)

Nhar il-Ħamis jingħata bidu għall-Kampjonat BOV Premier, fejn f’konferenza tal-aħbarijiet, il-President tal-MFA Bjorn Vassallo ħabbar li se jkunu qed jirritornaw il-partitarji fl-istadium fejn wera wkoll it-tama li l-kampjonat jintemm b’mod normali mhux kif seħħ fl-aħħar żewġ staġuni.

Il-Kampjonat Premier se jkun maqsum fi tnejn, fl-ewwel fażi, t-timijiet jilagħbu round robin filwaqt li fit-tieni parti it-tmijiet jinqasmu fl-ewwel sitta u fl-aħħar sitt fejn wara jintlagħab it-tielet round. Fl-aħħar tal-istaġun se jkunu tnejn it-timjiet li se jkunu relegati għaċ-Challenge League. Miċ-Challenge League, l-ewwel erba’ timijiet se jkunu promossi bil-Kampjonat Premier, mill-istaġun li ġej ikun iffurmat minn 14-il tim.

Bjorn Vassallo tkellem ukoll dwar ftehim bejn l-MFA u l-klabbs fejn kien hemm qbil sabiex wara li jinqatgħu l-ispejjeż, id-dħul mill-gate money jgħaddi għand il-klabbs, b’somma minnhom tmur fil-fond solidarjetà. Il-line-ups se jkunu qed jinkludu 20 player minflok 18, filwaqt li kull tim irid idaħħal skwadra ta’ massimu ta’ 25 player. F’kull partita se jkunu jistgħu jseħħu 5 sostituzzjonijiet filwaqt li kull tim jista’ jkollu 9 barranin fil-line-up, u sa massimu ta’ ħames players non-home grown.

Il-partiti kollha se jkunu qed jintlagħbu, fl-Istadium Nazzjonali u fit-Tony Bezzina Stadium fejn sal-aħħar t’Awwissu se jkunu permessi li jidħlu sa 500 persuna f’kull sezzjoni, b’kull persuna li tattendi għall-partiti trid tippreżenta ċ-ċertifikat tal-vaċċin jew swab test negattiv sa 48 siegħa qabel il-partita.