Kultura Lokali

Il-Gvern iħassar il-Karnival tas-sajf…. jerġa’ jibdielu fuq Notte Bianca

Minħabba ċ-ċirkostanzi li ġabet magħha l-pandemija tal-Covid-19, Festivals Malta qed iħabbar li l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Karnival tas-sajf mhux se jsir biex jiġu mħarsa l-miżuri maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa rigward attivitajiet tal-massa.

Wara li ħarġet stqarrija li anke Notte Biance kienet ġiet imħassra, il-Gvern jidher li reġa’ bdielu fuq din l-attività fejn ħabbar biss li se jkun il-Kanival tas-sajf li ġie mħassar. S’issa ma ngħatawx dettalji jekk Notte Bianca hux se jsir jew le.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta, Annabelle Stivala spjegat, “Minħabba l-miżuri li ttieħdu fuq l-avvenimenti tal-massa, Festivals Malta ħass li l-avventimenti tal-Karnival tas-sajf m’għadux isir bħala prekawzjoni, biex mhux biss nissalvagwardjaw is-saħħa tal-impjegati, l-artisti, l-parteċipanti tal-karnival u l-krew tekniku tagħna, iżda ukoll dik tal-udjenzi tagħna. F’isem Festivals Malta nixtieq nirringrazzja lill-artisti, l-parteċipanti u lil dawk kollha involuti tax-xogħol tagħhom u tal-kooperazzjoni li dejjem urew.”

Minkejja li din l-attività mhux se ssir, Festivals Malta xorta qed jaħdem fuq diversi proġetti, li jinkludu Mużika Mużika Sajf u l-programm televiżiv il-ġdid Mużika Mużika Il-Vjaġġ Ikompli, fost oħrajn.

Għal aktar informazzjoni fuq l-avvenimenti organizzati minn Festivals Malta, idħol fuq is-sit elettroniku www.festivals.mt.