It-tennista żagħżugħ Taljan Jannik Sinner rebaħ l-Open ta’ Washington biex b’hekk dan huwa l-aktar unur prestiġjuż li rebaħ fil-karriera tiegħu. Sinner ta’ 19-il sena għeleb lit-tennista mill-Istati Uniti Mackenzie McDonald 7-5 4-6 7-5 biex rebaħ it-tielet titlu ATP.
Sinner sar ukoll l-iżgħar tennista li rebaħ l-ATP 500 u f’kummenti lill-midja wara l-partita, Sinner qal li t-triq hija waħda twila u għad fadallu ħafna xogħol x’jagħmel.
B’din ir-rebħa, Jannik Sinner mistenni jitla’ fil-15-il post fir-ranking filwaqt li McDonald mistenni javvanza mill-107 post għall-64post.
//= $special ?>