Il-pulizija Taljana fl-aħħar sigħat interċettaw envelop indirizzat lill-Papa Franġisku u li kien jinkludi fih tliet balal ta’ arma tan-nar. L-envelop, b’siġill postali minn Franza, kien interċettat viċin ta’ Milan u skont ir-rapporti kien indirizzat ‘lill-Papa – Belt tal-Vatikan, Pjazza San Pietru, f’Ruma’.
Skont Il-Messaggero, il-balal li nstabu fl-envelop kienu ta’ kalibru 9 millimetru u ta’ tip Flobert. Fl-envelop jidher li kien hemm ukoll messaġġ dwar il-ħidma finanzjarja li għaddejja bħalissa fil-Vatikan.
Il-pulizija, intant, ħatfu l-posta inkwistjoni minn sorting center f’Peschiera Borromeo, fil-limiti ta’ Milan, u wara li l-preżenza tal-envelop kienet irrappurtata mill-manager taċ-ċentru. Uffiċjali tal-Carabinieri imbagħad ħadu pussess tal-posta li sal-bieraħ kienet qed tkun suġġetta għal investigazzjoni intensiva.
//= $special ?>