Bdiet ġimgħa ġdida, iżda s-sitwazzjoni tal-qtugħ tal-elettriku f’Pajjiżna għadha l-istess. Dan ikkonfermah il-kelliem tal-PN għall-enerġija Ryan Callus, fejn f’post fuq facebook saħaq li parti kbira mil-lokalita’ tas-Siġġiewi tinsab bla dawl.

Din is-sitwazzjoni ta’ ħsarat u interruzzjonijiet fil-provvista tal-elettriku ilha tkarkar għal aktar minn ġimgħa f’diversi lokalitajiet, u qed toħloq inkonvenjent kbir għar-residenti.
Il-ġimgħa li għaddiet, Ryan Callus stqarr b’mod ċar illi dawn is-sitwazzjonijiet frekwenti ta’ qtugħ fil-provvista tad-dawl jikkonfermaw li l-politika tal-Gvern Laburista għal dan is-settur tfisser biss “dlam u sħana”.
//= $special ?>