“Irid jaqbeż min-nofs… ma jistax ikun indaħħqu iktar lin-nies bina.“
Dikjarazzjoni ċara mill-Professur Andrew Azzopardi b’reazzjoni għal dak li qed iseħħ fil-Ħabs ta’ Kordin bil-Ministru Byron Camilleri jħabbar li ħatar bord ta’ inkjesta biex jevalwa dak li qed iseħħ.
“Lill-Ministru Camilleri għandu jitneħħielu dan id-dekasteru immedjatament għaliex issa huwa politikament liable.. huwa parti mid-diffikulta.“
Huwa qal li sakemm issir l-inkjesta anke d-Direttur tal-Habs Alex Dalli għandu jwarrab mill-pożizzjoni tiegħu… b’Andrew Azzopardi jgħid li din l-inkjesta ma kellhiex issir issa u me kellhiex issir mill-Ministru.
“Il-Ministru tilef kul kredibbilta politika fejn jidħol il-Ħabs jiġifieri m’għadx għandu moral grounds għalfejn jitkellem fuq il-Ħabs. Għaliex il-Ministru dejjem allinja ruħu mad deċiżjonijiet kollha li jsiru fil-Ħabs. U għalhekk huwa għandu jkun ukoll suġġett ta’ din l-inkjesta… dina serja!“
Il-Professur Azzioardi saqsa wkoll kif din l-inkjesta tista’ tilesta fi żmien xahrejn meta wieħed iħares lejn il-problemi kollha li hemm bil-Ħabs.
Huwa qal li s-sitwazzjoni hija waħda tal-biki fejn il-pruġunieri qed jispiċċaw vittmi ta’ din is-sistema li ħakment din il-faċilita… faċilita li titmexxa mill-Kurunell Alex Dalli…
“Sitwazzjoni tal-biki li qatt ma rajna u hemm il-fatti ta’ nies li qed imutu, propoganda li saret biex jippruvaw jitmejlu bin-nies, ir reċidivissmu għoli, attentati ta’ suwiċidju, inkjest li qas inkunu nafu x’ħarġu minnhom, nies li jispiċċaw il-ħabs… sitwazzjoni mhux iktar tenibbli.“
U quddiem din is-sitwazzjoni skiet totali mid-Direttut tal-Ħabs. Bil-Prim Ministru Robert Abela jgħid li għandu fiduċja sħiħa fil-mod ta’ kif Alex Dalli qed jimexxi l-Ħabs ta’ Kordin.
“Il-ħabs qed ifalli… qed ifalli gax il-missjoni tiegħu hija ta’ riabilitazzjoni u mhix… għaliex qed jipproduċi nies li qed iħallu aktar vittmi fis-soċjeta. Fejn anke l-ħabsin qed isiru vittmi.”
Andrew Azzopardi qal li huwa importanti li din l-inkjesta tkun ippreżentata lill-pubbliku għax jekk dan ma jsirx, din l-inkjesta ma jkollhiex kredibbiltà.