Sport Sport Ieħor

Tinżamm l-MWA Club Competition

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet inżammet l-MWA Club Competition fejn fiha pparteċipaw 11-il tim b’kull tim ikun magħmul minn tliet atleti nisa u żewġ atleti rġiel.

Alpha Club team 1, rebaħ din il-kompetizzjoni b’total ta’ 1483 punt. Minkejja li ssoltu l-weightlifting ikun ddominat minn nisa, din il-ġimgħa din il-kompetizzjoni kienet iddominata mill-irġiel fejn Vlad Baldacchino u Ryle Borg kisru bejniethom 10 rekords nazzjonali.

Vlad Baldacchino huwa wieħed mill-atleti li se jkun qed jieħu sehem fil-Commonwealth Championships fejn irnexxielhu jerfa’ 131kg fl-isnatch u 155kg clean and jerk fil-kategorija tal-102kg.

Tenishia Thornton, Kim Camilleri Lagana u Aaliyah Gatt kienu l-atleti li ffurmaw it-tim tan-nisa fejn ukoll kellhom suċes.

Fit-tieni post temm it-tim minn Palermo Iron Fit, filwaqt li fit-tielet post u b’hekk kiseb il-bronż temm Alpha Club team 2. Riżultat ieħor impressjonanti kien dak ta’ Nathan Mifsud fejn kiser ħames rekords nazzjonali hekk kif temm bi 32kg fl-isnatch u 42kg fil-clean and jerk.