Knisja Lokali

Tnedija ta’ ċentru għall-adolexxenti fl-Isla

“Se nagħmlu riċerka fl-Isla fost iz-zgħazagħ tal-eta’ bejn it-12 u 18 -il sena sabiex naraw x’hemm bżonn sabiex dawn iz-zgħazagħ ikunu jistgħu jiżvillupaw il-ħiliet u t-talenti tagħhom. Hemm bżonnijiet partikolari fl-Isla u alura bdejna minn din il-Paroċċa.” Hekk stqarr is-segretarju amministrativ tal-arċidjoċesi ta’ Malta Michael Pace Ross, waqt konferenża tal-aħbarijiet illi saret it-Tnejn filgħodu, fil-Bażilika Minuri ta’ Marija Bambina, fl-Isla.

Michael Pace Ross qal li dan il-proġett ser ikun kofinanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropea u għalhekk il-fondazzjoni tal-Arċidjoċesi ta’ Malta ser tibbenefika minn €86,000 bil-għan illi dawn il-flus jiġu investiti fil-bniedem b’mod sħiħ.

Pemeżż tat-tnedija ta’ ċentru edukattiv ġdid għall-adolexxenti u ż-żgħażagħ Sengleani, iz-zgħazagħ ta’ bejn 12 u 18 -il sena ser ikunu jistgħu jimxu -il quddiem f’ħajjithom u b’hekk tinbena soċjetà aħjar permezz tal-għarfien, il-mużika u l-volontarjat.

Permeżż ta’ dan il-proġett dawk iz-zgħazagħ Sengleani, li ġejjin minn sitwazzjonijiet diffiċli u li qatt ma sabu l-opportunitajiet meħtieġa sabiex jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom, ser ikollhom iċ-ċans illi jahdmu fuq il-problemi tagħhom.

Is-segretarju amministrattiv tal-Arċidjoċesi ta’ Malta spjega li bħala proġetti se jkunu qed joffru leżżjonijiet tal-mużika sabiex wieħed ikun jista’ jiżviluppa t-talenti tiegħu. Oħrajn jista’ jkollhom xi sena. Alura permeżż ta’ dawn ill-fondi se jkunu qed jgħinu liz-zgħazagħ jiżviluppaw snajja differenti li jistgħu jkunu utli għall-futur.

Preżenti għal din il-Konferenża tal-aħbarijiet kien hemm ukoll iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Opri Soċjali tal-Arċidjoċesi Albert Debono, u l-Arċipriet tal-Isla Dun Robin Camilleri.