Fil-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa illi saret nhar il-Ħamis 22 ta’ Lulju, il-President Mary Gaerty, talbet lil kull min kien hemm preżenti sabiex jingħaqad magħha f’talba għal dawk il-membri nisa li kienu jifformaw parti mill-NCW fil-passat, kif ukoll għal dawk in-nisa li tilfu ħajjithom minħabba l-Covid-19. Waqt din il-laqga, hija enfasizzat ix-xogħol validu tal-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa u l-importanza tat-tagħlim illi dan il-kunsill qiegħed joffri u li dan għandu jservi bħala opportunità sabiex in-nisa ikomplu jitgħallmu u jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom.
Doris Bingley, is-segretarju ġenerali tal-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa, enfasizzat ir-rwol attwali u l-futur tal-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa ‘lejn riġenerazzjoni għall-futur’. Hija rreferiet għall-impatt tal-COVID 19 li ħalla effett mhux biss fuq attivitajiet tal-NCW iżda iktar u iktar fuq l-implikazzjonijiet soċjali u ekonomiċi enormi fil-livelli kollha tas-soċjetà. Hi tat ħarsa ġenerali lejn il-korsijiet onlajn u numru ta’ webinars informattivi li l-NCW organizzat fl-2020. Il-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa għandu rikonoxximent fuq numru ta’ bordijiet kemm lokalment kif ukoll Internazzjonali, fejn ir-rappreżentanti tal-NCW jaqsmu l-għarfien u l-esperjenza tagħhom dwar id-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza.
Doris Bingley saħqet li “r-rilevanza u l-importanza tal ir-rwol tal-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa wara 56 sena ta’ eżistenza ġab progress u suċċess għal ħafna nisa fis-soċjetà tagħna”. Hija ħeġġet lill-Organizzazzjonijiet oħra sabiex jappoġġjaw lil NCW biex jippromwovu l-ugwaljanza, jiġġieldu d-diskriminazzjoni u jippromwovu n-nisa fis-setturi kollha tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
Il-programm NCW 2021 se jiffoka fuq numru ta’ riżoluzzjonijiet mis-snin preċedenti li għadhom rilevanti sal-lum. Il-Viċi President Grace Attard tat preżentazzjoni qasira dwar ir-Riżoluzzjonijiet għall-2021, u ddikjarat ir-rilevanza tagħhom għall-iżviluppi preżenti u futuri f’konformità mal-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni tal-UE.
Bħala Kunsill tan-Nisa, NCW jemmen li r-rwol tiegħu huwa li jiżgura “riġenerazzjoni għall-futur” b’mod aktar effettiv għas-setturi kollha tas-soċjetà, l-irġiel u n-nisa u ħeġġeġ lill-membri kollha preżenti biex jidentifikaw kif huma, bħala individwi jistgħu jkunu strumenti ta ‘bidla għalihom infushom u għal oħrajn b’kollaborazzjoni mal-Kumitat Eżekuttiv li jmiss 2021
//= $special ?>