Lokali

Żewġ irġiel jissieltu għal ħajjithom wara li kienu involuti f’inċident bil-mutur

Żewġ irġiel min-Nepal jinsabu fil-periklu tal-mewt wara li kienu involut f’inċidnet tat-traffiku fl-Imsida. L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tad-disgħa u nofs ta’ filgħaxija fi Triq D’Argens.

Il-Pulizija marret fuq il-post u mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Vitz misjuqa minn Eritrean ta’ 21 sena residenti Tas-Sliema u Kymco Agility misjuq minn raġel min-Nepal ta’ 28 sena. Fuq il-mutur, kien hemm ukoll raġel ieħor min-Nepal ta’ 29 sena.

Tim mediku ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet liż-żewġt irġiel min-Nepal l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw il-kura meħtieġa. Aktar tard, huma ġew iċċertifikati li qegħdin isofru minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Il-Maġistrat tal-Għassa Doreen Clarke ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.