Coronavirus Lokali Saħħa

Żewġ vittmi oħra tal-Covid-19

Għadu kemm tħabbar li żewġ persuni oħra għadhom kemm tilfu ħajjithom kaġun tal-COVID-19.

Dan ħareġ mill-bulettin tal-Ministeru tas-Saħħa fejn il-vittmi huma raġel ta’ 63 sena u mara ta’ 71 sena. It-tnejn kienu rikoverati l-Isptar Mater Dei għall-kura. B’hekk, it-total ta’ vittmi issa tela’ għal 428.

Fl-Isptar Mater Dei, bħalissa hemm total ta’ 38 pazjent li qed jingħataw il-kura għal sintomi tal-virus. Dan filwaqt li ħamsa minnhom jinsabu fl-ITU.

Intant, ġew irreġistrati wkoll 56 każ ġdid filwaqt li fiequ 121 persuna oħra. Il-każijiet attivi niżlu għal 878.

L-età medja tal-każi ġodda li tħabbru llum hi ta’ 33.

Il-każijiet totali minn Marzu 2020 issa huma 34,902, filwaqt li l-ammont ta’ dawk li rkupraw huwa 33,200.