Lokali Qorti

14-il xahar ħabs fuq traffikar ta’ kannabis

Żagħżugħ ta’ 23 sena mill-Gambja ġie kundannat 14-il xahar ħabs mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit wara li ammetta fil-Qorti li kien qed jittraffika d-droga kannabis. Il-Qorti qieset il-fatt li Lamin Sillah ammetta fi stadju bikri tal-proċeduri u li kkopera mal-Pulizija waqt li kienet qed tittieħdilu stqarrija.

Wara li xi jiem ta’ monitoraġġ l-Pulizija mill-Iskwadra ta’ kontra d-droga fejn kien qed jirriżulta li Sillah kien qed ibiegħ id-droga għall-ħabta tal-10.00am. Huwa nqabad wara nofs inhar fil-fatt ibiegħ id-droga fl-inħawi magħruf bħala Ta’ Fra Ben fil-Qawra. Iż-żagħżugħ inqabad b’45 pakkett bil-ħaxixa tal-kannabis bil-Pulizija isegwi fuq il-post il-movimenti tiegħu

L-Ispettur Mark Mercieca mexxa l-Prosekuzzjoni b’Sillah jammetti traffikar u pussess tad-droga u għaldaqstant iffranka piena massima ta’ sentejn ħabs. Huwa ġie mmultat ukoll 500 ewro.