Il-Ministru tal-Finanzi mhu mħasseb xejn bil-fatt li l-aġenzija ta’ credit rating ta’ fama dinjija Moody’s irrevedit l-econimic outlook ta’ pajjizna għal wieħed negattiv.
F’kummenti lil Net News, Clyde Caruana qalilna li din ir-reviżjoni ma inkwetatux wisq, għaliex hu kien prevediha.
“IRRID NGĦID GĦALIEX MHUX IMĦASSEB FUQ DAK LI QALET MOODY’S. GĦAX KONT JIEN LI ĦABBART X’KIENU SE JKUNU R-RIŻULTATI EKONOMIĊI GĦAL DIN IS-SENA”
Mistoqsi jekk din ir-reviżjoni negattiva għat-tbassir ekonomiku ta’ Malta titlobx li jsiru sforzi ferm akbar biex pajjiżna jinħareġ mill-greylist tal-FATF kemm jista’ jkun malajr, il-Ministru Caruana qal li ż-żewġ affarijiet m’għandhomx x’jaqsmu.
“META NĦARES LEJN L-FATF, DAK LI QALET MOODY’S M’GĦANDHIEX X’TAQSAM MAL-AMMONT TA’ ŻMIEN LI SE NIEĦDU BIEX NOĦORĠU MILL-GREYLIST”
Il-verita hi li fl-aħħar aġġornament li tat din l-aġenżija, intqal li l-fatturi prinċipali li waslu għal dan l-outlook negattiv kienu l-piż tad-dejn tal-Gvern, il-greylisting mill-FATF u r-riskji marbuta mal-irkupru tas-settur turistiku.
Kliem il-Ministru Caruana jindika biċ-ċar li l-Gvern qata’ qalbu għal kollox li jista’ joħroġ lill-Malta mill-lista xejn prestiġġjuża li rnexxielu jitfa’ lil pajjiżna fiha, tant li mistoqsi jikkonferma jekk hux se jipprova jnaqqas it-terminu ta’ sena w’ nofs żmien biex forsi noħorġu mill-greylist, il-Ministru ma kellux tweġiba.
“JIĠIFIERI L-MIRA TAS-SENA W’NOFS SE TIBQA’ TAPPLIKA?” – ġurnalist
“PAJJIŻNA SE JIBQA’ JAGĦMEL MINN KOLLOX BIEX NOHORGU MIL-LISTA L-GRIŻA” – Il-MInistru Caruana
Din l-atitudni tikkuntrasta bil-qawwi ma’ dik ferm aktar ottimista li ħa l-Partit Nazzjonalista, hekk kif il-Kap tal-Partit Bernard Grech wiegħed li Gvern ġdid Nazzjonalista joħroġ lil Malta mil-lista l-griza fi żmien tliet xhur minn mindu jieħu f’idejh it-tmun tal-pajjiż.
//= $special ?>