51 każ ġdid kienu irrapportati fl-aħħar 24 siegħa. Fl-istess żmien 70 kienu dikjarati li fiequ mill-virus biex għaldaqstant in-numru ta’ każi attivi kompla jinżel u issa hu ta’ 859.
Fortunatament ma kienx hemm vittmi tal-Covid-19 fl-aħħar sigħat wara l-erba’ persuni li mietu f’din l-aħħar ġimgħa.
In-numru ta’ persuni rikoverati fl-Isptar Mater Dei tela’ għal 42 iżda numru ta’ persuni li qed jingħataw kura intensiva niżel għal 3.
Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ tilqim, 777,181 ingħataw mill-inqas doża waħda b’398,128 minnhom ikunu vaċċinati b’mod sħiħ.
//= $special ?>