Sport Waterpolo

Ebda diffikultà għal Sliema u Ta’ Xbiex

Rapport: Stewart Said

SLIEMA FRANK SALT…………… 16

M’SKALA FISH AND FISH……… 8

(5-1), (1-1), (4-1), (6-5)

Fl-ewwel rawnd, id-distakk finali kien ta’ sitt gowls iżda dakinhar Sliema Frank Salt tħabtu mhux ftit biex kisbu t-tliet punti. Din il-logħba kienet storja oħra hekk kif is-Slimiżi qatt ma kienu f’periklu li jitilfu l-punti. Marsaskala ma kinux aggressivi daqs is-soltu u ppermettew lil Sliema li jiddettaw il-logħob tagħkom.

Simili bħar-rebħa kontra Birżebbuġa, bidu b’saħħtu għal Sliema li fetħu vantaġġ ta’ erba’ gowls qabel Paul Privitera naqqas id-distakk, b’Jerome Gabarretta jiskorja t-tieni gowl personali u għamilhom 5-1. Fit-tieni sessjoni, Sliema żammew id-distakk hekk kif Gabarretta wieġeb għal gowl ta’ Luca Felice.

Is-Slimiżi għalqu l-logħba fit-tieni nofs tat-tielet sessjoni. Mark Meli minn man-up għamilhom 7-2, b’Jamie Gambin u Matthew Mifsud ikabbru l-vantaġġ. Jake Ciantar naqqas id-distakk iżda Mark Meli u Liam Galea skorjaw darbtejn oħra fl-aħħar 40 sekonda tas-sessjoni għal 11-3. L-aħħar sessjoni kien fiha 11-il gowl, b’Sliema dejjem iwieġbu għal meta Marsaskala skorjaw, b’eċċezzjoni ta’ meta Nico Schiavone u Gabarretta skorjaw fi ftit sekondi.

Sliema: N. Grixti, J. Gabarretta (6), L. Galea (2), M. Meli (2), N. Schiavone (1), M. Mifsud (2), J. Brownrigg (1), J. Gambin (1), Z. Mizzi, N. Bugelli (1), Z. Sciberras

Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar (1), A. Camenzuli (1), P. Privitera (2), G. Sammut, L. Grixti, G. Galea, M. Manara (1), S. Micallef, L. Felice (1), J. Ciantar (1), M. Carani (1), A. Muscat, D. Camilleri, N. Gatt

Referees: Massimiliano Sponza, Neville Mercieca

TA’ XBIEX AMIGOS……………… 14

OTTERS NIVEA……………………… 5

(2-1), (4-0), (3-1), (5-3)

Ta’ Xbiex Amigos pattew għat-telfa li sofrew fl-ewwel rawnd u b’wirja mill-aqwa ġabu fix-xejn lil Otters Nivea. Logħba wkoll dominata mill-penalties, b’erbgħa skorjati u erbgħa oħra li ġew salvati mill-gowlkipers.

Ironikament kienu Otters li fetħu l-iskor minn penalty ta’ Luke Hyzler iżda Daniel Rizzo u Jayden Cutajar dawru r-riżultat favur Ta’ Xbiex. Fit-tieni sessjoni l-istorja kienet differenti hekk kif Ta’ Xbiex skorjaw erba’ mingħajr risposta b’gowls ta’ Jayden Cutajar, Daniel Rizzo, Jacob Saliba u Jayden Cassar rispettivament.

Ir-reazzjoni ta’ Otters baqgħet ma waslet qatt u t-tim ta’ Christian Presciutti aċċerta mit-tliet punti. Fl-aħħar sessjoni, Ta’ Xbiex komplew juru s-superjorità tagħhom u saħansitra kabbru l-vantaġġ għal 12-2. Otters irnexxielhom jiskorjaw tliet darbiet fl-aħħar minuti biex naqqsu d-distakk li iżda xorta ma kienx biżżejjed biex jevitaw it-telfa.

Ta’ Xbiex: M. Vassallo, R. Greco, Z. Cutajar Licari, J. Pace Mizzi, J. Cassar (2), M. Demarco, J. Saliba (2), J. Cutajar (5), K. Borg (2), S. Azzopardi, E. Schembri, D. Rizzo (2), D. Galea Mule, S. Engerer (1)

Otters: M. Xerri, M. Lanzon, M. Farrugia, L. Hyzler (1), E. Meli (2), L. Gialanze, K. Scicluna, G. Mizzi, D. Dimech, C. Zammit, Z. Bartolo, O. Zammit (2), D. Spiteri

Referees: Massimo Angileri, Fabio Brasiliano

Logħob għal għada

L-Ewwel Diviżjoni

Sirens Mecca Marin v Marsaxlokk Brown’s Pharma 6.00pm

Kampjonat Premier

Neptunes v Valletta Izibet 7.05pm

San Ġiljan Mercury Towers v Birżebbuġa Freeport 8.10pm