Lokali

“Il-fidi żammitni għaddejja” – Maria Dalli llum tagħlaq 100 sena

Illum Maria Dalli talgħaq l-eta’ sabiħa ta’ 100 sena – mara Ġiljaniża li għadha tispira pożittività kbira, ċajtiera, mimlija mħabba, u għajnejha jixgħelu bil-ferh meta tara t-tfal migburin madwarha. 

Ġurnata speċjali bħal din spiċċat aktar u aktar speċjali meta lil Maria Dalli, it-Tnejn, żarha l-Kap tal-PN Bernard Grech, li flimkien ma’ martu AnneMarie preżentawlha bukkett fjuri u tifkira ċkejkna.

Mal-Kap tal-PN, Maria qasmet diversi memorji tat-trobbija tagħha f’San Ġiljan u tal-familja illi rawmet flimkien ma’ żewġha.