Lokali

IL-KRIŻI FIL-ĦABS: “Kif tista’ ma titlobx responsabbiltà politika?” – Peppi Azzopardi

Wara li l-weekend li għadda għalaq bl-aħbar traġika ta’ attentat ta’ suwiċidju minn priġinier fil-ħabs ta’ Kordin, l-opinjonista Peppi Azzopardi insista fuq il-fatt illi xi ħadd irid iġorr ir-responsabbiltà politika.

“KIF TISTA MA TITLOBX RESPONSABBILTÀ POLITIKA? GĦAX AT THE END OF THE DAY IL-GVERN QED JIDDEĊIEDI

Azzopardi qal li l-Gvern ilu żmien jiddefendi dak li qed jiġri f’Kordin.

“IL-PRIM MINISTRU QED JIBQA’ JIDDEFENDI L-FAĊILITA VENDIKATTIVA TA’ KORDIN. MA NISTAX NIFHEM

Hu qal li anke l-Ministru li taħtu taqa’ r-responsabbiltà tal-ħabs, Brycon Camilleri, iddefenda kemm-il darba l-mod kif kien qed jitmexxa.

“SFORTUNTAMANET IL-MINISTRU IL-ĦIN KOLLU  JIDDFENDI ANKE L-GIDEB… IL-GIDEB DWAR IS-SIĠĠU… L-EWWEL QALULNA LI MA JEŻISTIX… IMBAGĦAD LI MA JINTUŻAX… IMBAGĦAD LI JINTUŻA SKONT ORDNI TAT-TABIB…. TLIET VERŻJONIJIET DIFFERENTI

L-opinjonista u preżentatur qalilna li l-ħabs qed jitmexxa bil-biza, u semma l-inkwatru li kellu fl-uffiċju tiegħu id-direttur tal-ħabs, il-Kurunell Alexander Dalli.

“l-ETHOS TAL-ĦABS IL-BIŻA… X’GĦAMLU? NEĦĦEW L-INKWATRU!… TRID TNEĦĦI L-BIŻA”

Peppi Azzopardi fakkar dwar kemm ilhom jitkellmu diversi persuni fuq il-bżonn ta’  bidla fil-ħabs. Hu esprima t-tama li l-inkjesta li ser issir twassal għal dan it-tibdil tant meħtieġ – madankollu tkellem ukoll bi tħassib dwar il-fatt li uffiċjali li jaħdmu f’Kordin huma wkoll imbeżża mit-tmexxija.

Huwa għalhekk, qal Peppi Azzopardi, li t-tmexxija trid twarrab immedjatament, imqar sakemm titlesta l-inkjesta. Imbagħad jittieħdu passi skont ir-rizultat tal-inkjesta.

“JEKK JINSTAB LI L-AFFARIJET SARU ĦAZIN IMMA, IMBAGĦAD TRID TWARRAB DIK IT-TMEXXIJA

Azzopardi għalaq b’dan il-messaġġ.

NELSON MANDELA QAL WAĦDA TAJBA…. LI TMEXXIJA TA’ PAJJIŻ TINTAGĦRAF MINN KIF JITMEXXA L-ĦABS U FUQ MALTA FUQ DIN VERU GĦANDU RAĠUN