Kif ġie rrappurtat fuq dan is-sit il-każ tal-Maġistrat Monica Vella jaqa’ jekk hija tiġi ‘in order’ sa Ottubru li ġej biex iddaħħal ir-returns tal-VAT. Fil-fatt huwa mifhum li l-ġudikanta issa mhux se tiffaċċa proċeduri fil-Qorti wara li ppreżentat id-dokumenti relati.
L-isem tal-Maġistrat Vella kien iċċirkola waqt seduta tal-VAT fit-23 ta’ Lulju li għadda fil-Qorti ta’ Għawdex fejn skont il-prosekuzzjoni rriżulta li allegatament hija naqset milli tgħaddi r-returns għas-snin 2018 u 2019. Minn dakinhar hija ippreżentat d-dokumenti nieqsa u solviet il-kwistjonijiet pendenti. Minħabba dan, l-akkużi iisa qed jiġu rtirati.
Vella ġiet akkużata wara li l-awtoritajiet tat-taxxa mmarkaw diskrepanzi bejn id-dħul iddikjarat tagħha mix-xogħol, li jidher li wettqet lil hinn mid-dmirijiet tagħha bħala maġistrat. Skont il-prassi, u xi ħaġa li tiġri ta’ spiss hija li jekk persuna tilħaq jew jilħaq iddaħħal ir-returns sa qabel is-seduta li jkun imiss, fil-każ tal-Maġistrat Vella, sa Ottubru li ġej il-każ jaqa’.
Is-seduta tal-VAT inkwistjoni kellha tibda’ jinstema fil-15 ta’ Ottubru li ġej, jaqa’. Jidher li dawn ir-returns huma dwar xogħol li jsir barra mid-dmirijiet tagħha bħala membru tal-ġudikatura. Hija xorta setgħet tibqa taqdi d-dmirijiet tagħha, kif fil-fatt għamlet u tagħmel parti mill-ġudikatura Maltija.
Skond il-Kodiċi ta’ Etika għall-Ġudikatura, il-membri tal-ġudikatura huma pprojbiti minn “prattika jew l-eżerċizzju ta’ kwalunkwe professjoni, negozju jew kummerċ.” F’Għawdex, Vella kienet tisma’ każijiet quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili, Qorti tal-Familja, il-Bord għar-Regolamentazzjoni tal-Kera Agrikola, il-Bord għar-Regolamentazzjoni tal-Kera u l-Qorti tal-Maġistrati fil-ġurisdizzjoni ċivili tagħha.
Hija tippresiedi wkoll seduti għall-Bord għar-Regolamentazzjoni tal-Kera ta ’Malta, kif ukoll għall-Qorti tal-Maġistrati kemm fil-ġurisdizzjoni ċivili kif ukoll kriminali tagħha. Kwistjonijiet pendenti tal-VAT huma normalment solvuti amministrattivament, bi ħlasijiet maħruġa biss kontra dawk li jonqsu milli jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom wara bosta tentattivi.
//= $special ?>