Internazzjonali

Londra: Jerġa’ jinfetaħ Tower Bridge wara problemi rari

L-INGILTERRA: Il-famuż ‘Tower Bridge’ ta’ Londra reġa’ infetaħ għat-traffiku wara li kien kostrett li jagħlaq għal kważi tnax-il siegħa minħabba ‘xi falliment tekniku’.

Il-problema nqalgħet nhar it-Tnejn meta l-pont suppost li fetaħ biex ikun jista’ jgħaddi bastiment (tall-ship) minn taħtu u fejn jidher li l-mekkaniżmu tal-pont iġġammja għal raġuni li ma kenitx spjegata. Il-Pulizija tas-City of London qalu li t-Tower Bridge – li hu fost l-aktar landmarks simboliċi ta’ Londra —  kellu jingħalaq fiċ-ċirkustanzi u sakemm seta’ jinfetaħ mill-ġdid għat-traffiku fis-sigħat bikrin tallum.

Aktar qabel, in-nies u s-sewwieqa kienu qed ikunu avżati biex jevitaw l-inħawi ta’ Tower Bridge waqt li kienet qed tissewwa l-ħsara – u bit-toroq li jagħtu għall-pont ukoll jingħalqu għal xi żmien.