Fl-aħħar jumejn, in-naħa t’isfel tal-Italja spiċċat maħkuma minn nirien qawwija li qed joħolqu inkonvenjent kbir kemm fl-ibliet maġġuri u anke tul iz-zoni kostali li huma popolari ferm fl-istaġun tas-sajf. Din is-sitwazzjoni qed taffetwa Sqallija, Sardegna, il-Kalabrja u anke l-Abruzzo.
Ħafna minn dawn in-nirien tqabbdu apposta; għalkemm is-sħana bla dubju li mhix tgħin.
Din il-ġimgħa fir-reġun tal-Kalabrija t-temperatura mistennija timmarka bejn is-47 u t-48 grad celcius. Għada, 8 bliet Taljani se jkunu fuq allert aħmar minħabba s-sħana.
//= $special ?>