It-temperatura tad-dinja għoliet b’1.9℃ minn żminijiet preindustrijali; kważi żewġ gradi aktar f’temp ta’ 150 sena.
Skont ir-rapport li ħareġ mill-Bord Intergovernattiv dwar it-tibdil fil-klima, fl-aħħar snin rajna żieda fil-livell tal-baħar u fatturi oħra li sfortunatament issa huma irriversibbli. Ir-rapport sab ukoll li m’għadux aktar possibbli li naħarbu din l-isfida tal-bidla fil-klima li parti sostanzjali minnha hi kkawżata mill-bniedem. U t-tibdil fil-klima issa qed jaffettwa kull kontinent, reġjun u oċean fid-Dinja.
Fit-3,900 paġna tar-rapport, sfortunatament m’hemmx wisq aħbarijiet tajbin … għalkemm għad hemm żmien li jkunu evitati aktar ħsarat jekk il-bniedem jagħżel li jagħmel tibdil fil-mod kif ngħixu.
Sitt punti ewlenin li jispikkaw f’dan ir-rapport jinkludu li – m’hemm l-ebda dubju li l-bniedem huwa responsabbli għal dan kollu, il-livell ta’ Carbon dioxide qed jiżdied b’rata verament mgħaġġla, qed ikollna temperaturi għoljin, sħanat u xita qalila dejjem qed jiżdiedu u dan ifisser li qed jiżdied it-temp estrem, l-oċeani qed ikollhom temperatura aktar għolja u saru aktar aċidużi, diversi bidliet huma irriversibbli u ma jista’ jsir xejn dwarhom ….iżda hemm fatturi oħra li l-bniedem jista’ jieħu ħsieb li jippreveni.
Bla dubju ta’ xejn, li dan kollu jaffetwa anke lil pajjiżna. Fil-fatt, jekk fis-snin li ġejjin nibqgħu sejrin b’din ix-xejra ta’ bidla fil-klima…Malta tista’ tispiċċa kważi deżert. Dan għaliex qed jiġu affetwati l-uċuħ tar-raba u anke l-abitat naturali fejn għandna is-siġar.
Intant, din il-gimgha, it-temperatura fil-gzejjer Maltin mistennija tilhaq massimu ta’ 42 grad. Ghalkemm fil-weekend ta’ Santa Marija, is-sħana mistennija tikkalma xi ftit.
//= $special ?>