L-attakkant Arġentin Lionel Messi laħaq ftehim ma’ PSG wara li aktar kmieni l-ġimgħa li għaddiet ma’ ffirmax ma’ Barcelona.
Messi mistenni jasal fi Franza aktar tard illum waranofsinhar fejn mistennija jsirlu t-testijiet mediċi qabel ikun preżentat b’mod uffiċjali. Rapporti qed jgħidu li Messi se jkun qed jiffirma kuntratt ta’ sentejn li jiswa €35 miljun.
B’hekk dan mistenni jkun l-aqwa suq tat-trasfermimenti għal PSG hekk kif diġa kienu akkwistaw b’xejn lil Sergio Ramos, Gigio Donnarumma u Gini Wijnaldum.
//= $special ?>