Lokali Qorti

Adrian Delia f’kawża ta’ libell kontra Lovin Malta fejn ċaħad li bagħat messaġġi lil Yorgen Fenech

Id-deputat Nazzjonalista u eks kap tal-oppożizzjoni Adrian Delia fetaħ kawża ta’ libell għad-danni kontra s-sit Lovin Malta fuq storja li ġie rrapurtat fejn li huwa bagħat messaġġ lil Yorgen Fenech waqt dibattitu parlamentari dwar il-kumpanija sigrieta tan-negozjant, 17 Black, li fiha ċaħad b’mod kategoriku.

It-Tlieta ġiet ippubblikata l-istorja bit-titlu ““Yorgen Fenech claimed Adrian Delia messaged him During 17 Black Debate” (Fenech sostna li Adrian Delia bagħtlu messaġġ waqt id-dibattitu fuq 17 Black).

Adrian Delia rreaġixxa mill-ewwel fuq il-midja soċjali billi ċaħad l-allegazzjoni u talab li l-artiklu jiġi rtirat. inqas minn 24 siegħa wara, huwa ressaq kawża ta’ libell kontra l-portal tal-aħbarijiet u l-editur tiegħu Julian Bonnici, u ddikjara li l-allegazzjonijiet fir-rigward tiegħu kienu “assolutament mhux veri.”

L-istorja kienet tirreferi għal messaġġi li l-eks Kap tal-PN allegatament bagħat lil Fenech waqt li kien qed jiddibatti mozzjoni urġenti li hu stess kien imbotta ‘l quddiem fil-Parlament, wara li n-negozjant Yorgen Fenech kien ġie mwarrab bħala s-sid ta’ 17 Black – kumpanija bbażata f’Dubai b’allegata rabtiet mal-korruzzjoni tal-gvern.

Adrian Delia kemm-il darba insista li hu qatt ma kellu konversazzjonijiet kompromessi jew intimi ma’ Yorgen Fenech. Fl-applikazzjoni tiegħu ppreżentata fil-qorti tal-maġistrati, Delia qal li d-dikjarazzjonijiet fl-istorja ta’ Lovin Malta taw impressjoni li ma kinitx vera u kienu sempliċement maħsuba biex ittappnu r-reputazzjoni, l-integrità u l-unur tiegħu.

L-awtur ta’ dik l-istorja kien malafama lil Adrian Delia billi laqat l-integrità personali, professjonali u politika tiegħu, u ssottomettah għad-disprezz pubbliku permezz ta’ allegazzjonijiet u insinwazzjonijiet li kienu totalment foloz, sostna Adrian Delia, u b’hekk talab lill-qorti biex tikkundanna lill-imputati għad-danni massimi fi liġi. L-applikazzjoni ta’ Delia ġiet iffirmata mill-avukat tiegħu Vincent Galea.